Lokali
“Smajt l-għajjat għall-għajnuna u wara rajthom itellgħu lil xi ħadd mill-baħar”

Żewġ żgħażagħ mill-Mellieħa, kmieni l-Erbgħa filgħodu kienu involuti f’inċident fuq il-baħar meta baqgħu deħlin bid-dgħajsa f’ħajt tal-lukanda fil-Marfa.

Lejl jistadu bil-froxxna għal ftit ma ntemmitx fi traġedja għal żewġt iħbieb għax waqt li kienu deħlin lura lejn l-art, x’aktarx marret għajnhom bihom u baqgħu deħlin b’veloċità qawwija f’ħajt tal-lukanda Ramla Bay Resort, fil-Marfa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5am meta xi residenti alloġġjati fil-lukandi li hemm fil-Marfa qamu maħsudin b’għajjat li kiser il-ħemda tal-post. Waħda mit-turisti, Nicola Hague irrakkontat dak li rat u għaddiet lil TVM filmati li ġibdet bil-mowbajl li għalkemm mhumiex ta’ kwalità tajba juru l-mumenti drammatiċi li seħħew ftit qabel tlugħ ix-xemx.

Nicola qalet “I couldn’t really see much at first. I just could here somebody shouting for help and then I came out of my room looked over the side and still hear somebody shouting and then I saw somebody run towards that hotel from that side.”

Ftit mumenti biss wara l-inċident intalbet l-assistenza tal-Pulizija, Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati. L-ewwel li waslu kienu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett tal-Qawra u kienet it-turista Ingliża li tathom d-direzzjoni tal-post tal-inċident.

Nicola qalet “a few minutes after the police all came screeching down and I shouted to them its over there its over there and they zoomed round and then saw them pulling somebody out of the water … and then they took him in the little building there and not long after the ambulance turned up”.

L-ewwel għajnuna liż-żewġ żgħażagħ ingħatat mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-lukanda. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn wieħed minnhom, li għandu 20 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, waqt li ż-żagħżugħ l-ieħor ta’ 19-il sena weġġa’ ħafif.

Id-dgħajsa li ħabtu biha ġiet irmonkata lejn vapur żgħir u permezz ta’ krejn ittellgħet mill-baħar għal fuq il-vapur. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar