Lokali
Sodod elettroniċi ġodda fid-djar tal-anzjani

Biex l-anzjani li jgħixu fid-djar tal-Gvern ikunu aktar komdi u l-kwalità tal-ħajja tkun ferm aħjar, is-Segretarjat għall-Azjanità Attiva għaddej b’investiment ta’ €700,000  li ftit aktar minn kwart ta’ miljun minnhom intefqu f’sodod ġodda elettroniċi. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li l-bżonnijiet tal-anzjani qed ikunu mħarrsa u l-Gvern irid li l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tkun waħda għolja.

Is-Sur Decelis, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva Dr Renzo Degabiriele u l-Manager tal-Mosta Home Isabella Sant, qal li fid-dar tal-anzjani tal-Mosta hemm 25 minn dawn is-sodod elettroniċi li jistgħu jkunu ssettjati skont il-pożizzjonijiet meħtieġa mill-anzjani kemm biex ikunu evitati l-feriti u anke għal aktar kumdità. Is-sodod ser jiffaċilitaw ukoll ix-xogħol tal-ħaddiema fosthom il-carers fil-kura tal-anzjani. Is-Sur Decelis qal li saru xogħlijiet oħra li qed itejbu l-ħajja tal-anzjani.

Is-Sur Decelis spjega wkoll li fid-djar tal-anzjani qed jingħataw aktar servizzi minħabba li nxtara apparat ġdid għal diversi professjonisti biex l-anzjani kemm jista’ jkun jgħixu ħajja indipendenti.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, qal li se jibda jinvestiga l-isfida dejjem tikber tan-nuqqas ta’ għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni, li fi kliemu tinsab f’xifer ta’ kriżi. Waqt li kien…

Edukazzjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali. Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola…

Enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt wara l-attakki li seħħew fuq il-faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija, il-Gvern mhux qed jippjana li jgħolli l-kontijiet. Il-Prim Ministru qal dan…

Aktar