Barranin
Soluzzjoni ġdida għal min irid jivvjaġġa trankwill

Xi wħud jieħdu qatgħa fl-imsaren malli jindunaw li maġenbhom fuq l-ajruplan hemm xi trabi jew tfal żgħar.

Japan Airlines (JAL) ħaseb f’alternattiva għal dawk li ma jixtiequx iqattgħu vjaġġ sħiħ jisimgħu l-biki u l-għajjat tat-trabi.  Sistema ġdida ta’ booking onlajn se tindika fejn it-trabi se jkunu abbord it-titjira, bil-passiġġieri jingħataw l-għażla li jagħżlu post ‘il bogħod mill-biki.

Kienu bosta li faħħru din l-inizjattiva mentri oħrajn ikkritikaw is-sistema bl-aħrax għaliex qalu li kulħadd kien tarbija xi darba u din l-intolleranza mhix aċċettabbli.

Minkejja din is-sistema ġdida, il-linja tal-ajru qalet li għalkemm il-passiġġieri jistgħu jagħżlu li joqgħodu ‘l bogħod mit-trabi, ma tiggarantixxix li mhux se jinstema’ t-twerżiq.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Barranin

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra. L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien…

Aktar