Lokali
Sophie, il-kelba tad-Dwana taqbad passiġġier iġorr fuqu €11,650
Waqt tfittxijiet ta’ rutina mid-Dwana nstab ammont sostanzjali ta’ flus fuq passiġġier waqt li pprova jitlaq minn Malta.

Dan wara li l-kelba Sophie indikat li l-passiġġier li kien sejjer Istanbul kellu ammont ta’ flus fuqu.

Meta l-passiġġier kien mistoqsi mit-tim ta’ kontra l-ħasil ta’ flus qal li kien iddikjara inqas minn €10,000. Fi tfittxija li saritlu nstabu €11,650.

Il-passiġġier ġie mmultat skont il-proċedura.