Lokali
Sophie, il-kelba tad-Dwana taqbad passiġġier iġorr fuqu €16,000

Sophie, il-kelba tad-Dwana għamlet sejba ta’ flus li ma kinux iddikjarati.

Id-Dwana reġgħet għamlet sejba oħra ta’ flus mhux iddikjarati li kienet tammonta għal €16,000.

Is-sejba saret ilbieraħ filgħaxija waqt tfittxijiet li jsiru b’mod regolari fl-Ajruport ta’ Malta.

Il-flus instabu fuq passiġġier li kien għadu kemm wasal Malta. Meta kien mistoqsi kemm kellu fuqu huwa ddikjara €10,000 madankollu fi tfittxijiet instabu €16,000.

Il-passiġġier aċċetta li jiħdulu l-flus żejda (€6,000) li ma kinux iddikjarati skont il-liġi.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar