Reliġjon
Sorijiet jitolbu biex jiġi arrestat Isqof akkużat li stupra soru

Sorijiet fl-Indja qed jitolbu biex Isqof jiġi arrestat wara li qed ikun akkużat li stupra kemm-il darba waħda mis-sorijiet f’perjodu ta’ sentejn.

Il-każ li seħħ fin-naħa t’isfel tal-Istat ta’ Kerala ġibed l-attenzjoni tal-midja internazzjonali minħabba li hija rari li sorijiet jakkużaw superjur li għamel xi ħaġa ħażina fil-pubbliku, aħseb u ara b’akkuża ta’ stupru.

5 sorijiet ipprotestaw quddiem il-Qorti ta’ Kerala, fejn qed jinstema’ l-każ biex l-Isqof Franco Mulakkal jiġi arrestat.

Minn wara li nhar is-Sibt bdiet id-demostrazzjoni aktar minn 100 ċittadin qed jappoġjawhom.

B’differenza mill-bqija tal-Indja, fejn il-Kristjaneżmu huwa fil-minoranza, Kerala hija l-belt tal-Kristjani.

Il-vittma ta’ 44 sena għamlet rapport lill-Pulizija f’Ġunju li għadda fejn akkużat lill-Isqof li stupraha 13-il darba bejn l-2014 u l-2016.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara fir-Russja tirrakkonta kif ftit inqas minn sena ilu żewġha ħadha fil-foresta u qatgħalha jdejha t-tnejn barra b’mannara. Margarita Gracheva, li ma’ żewġha għandha wkoll żewġ ulied, kienet ilha tiġi…

Barranin

Tarbija fl-Indja nqatlet minn xadina, li ħatfet lit-tifel ta’ ħmistax minn idejn ommu. L-omm kienet qed tredda’ lil binha fid-dar tagġhom fil-belt Agra, meta xadina daħlet ġewwa, ħatfet lit-tifel u…

Barranin

Il-Prim Ministru Theresa May qed tiffaċċja għadma iebsa fil-Parlament biex tikseb l-appoġġ għall-abbozz dwar Brexit, li dwaru kisbet l-approvazzjoni tal-kabinett, wara l-ftehim milħuq mal-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet magħha wara l-ħrug…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, għadha kemm għamlet stqarrija wara laqgħa twila tal-Kabinett fejn qalet li l-abbozz ta’ ftehim mal-Unjoni Ewropea għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-istess Unjoni huwa l-aqwa wieħed li seta’…

Aktar