X

Sorijiet jitolbu biex jiġi arrestat Isqof akkużat li stupra soru

Sorijiet fl-Indja qed jitolbu biex Isqof jiġi arrestat wara li qed ikun akkużat li stupra kemm-il darba waħda mis-sorijiet f’perjodu ta’ sentejn.

Il-każ li seħħ fin-naħa t’isfel tal-Istat ta’ Kerala ġibed l-attenzjoni tal-midja internazzjonali minħabba li hija rari li sorijiet jakkużaw superjur li għamel xi ħaġa ħażina fil-pubbliku, aħseb u ara b’akkuża ta’ stupru.

5 sorijiet ipprotestaw quddiem il-Qorti ta’ Kerala, fejn qed jinstema’ l-każ biex l-Isqof Franco Mulakkal jiġi arrestat.

Minn wara li nhar is-Sibt bdiet id-demostrazzjoni aktar minn 100 ċittadin qed jappoġjawhom.

B’differenza mill-bqija tal-Indja, fejn il-Kristjaneżmu huwa fil-minoranza, Kerala hija l-belt tal-Kristjani.

Il-vittma ta’ 44 sena għamlet rapport lill-Pulizija f’Ġunju li għadda fejn akkużat lill-Isqof li stupraha 13-il darba bejn l-2014 u l-2016.
av :