Qasam soċjali
Soru tal-klawsura fost 85 pazjent li qed tistenna trapjant tal-kliewi

Taqra l-brevjar minn fuq it-tablet waqt li qed tagħmel id-dijalisi, Suor Agnes Zammit qalet li din hija r-realtà li ilha tgħixha għal dawn l-aħħar xahrejn għal tliet darbiet fil-ġimgħa. Hija bdiet tbati bil-kliewi minħabba d-dijabete u l-pressjoni għolja.

Suor Agnes qalet li l-kliewi tagħha ma baqgħux jiffunzjonaw u tinsab fil-lista ta’ stennija biex isirilha trapjant.

“L-organi ma tixtrihomx – l-organi jrid ikun hemm xi ħadd ġeneruż fil-ħajja li jagħtihom – jien bħalissa qiegħda fil-lista u xi darba forsi tmissni x-xorti, xejn xejn ma noqgħodx noħroġ mill-Klawsura.”

Suor Agnes, li hija l-Madre Superjura tal-Monasteru ta’ Sant Ursola fil-Belt, ilha soru tal-klawsura għal dawn l-aħħar 43 sena wara li bdiet il-mixja tal-vokazzjoni meta kellha tmintax-il sena. Tghid li għafsa ta’ qalb iżda għal bżonn ikollha toħroġ mill-kunvent tliet darbiet fil-ġimgħa biex tmur għal kura l-isptar.

Hija appellat biex aktar nies jinkitbu fir-reġistru tad-donaturi biex wara mewthom l-organi tagħhom jkunu jistgħu jingħataw għal trapjanti.

“Iżjed ma nkunu ġenerużi fil-ħajja tagħna, iżjed naslu biex ninkitbu ħalli nagħtu l-organi tagħna għax dan jekk inti tmut u jkollok il-kliewi u jidfnuk bihom – x’differenza ser tagħmel jekk jidfnuk mingħajr kliewi – mhemmx differenza ta’ xejn.”

Suor Angese hija fost 85 pazjent li qed tistenna trapjant tal-kliewi, waqt li hemm madwar tliet mitt pazjent li għal tliet darbiet fil-ġimgħa jsaffu d-demm minħabba mard fil-kliewi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar