Lokali
Soru tirrakkonta x’tara ma’ wiċċha waqt li tirriskja ħajjitha biex tgħin in-nies f’Damasku

Suor Annie Demrjian se taqsam l-esperjenza tagħha f’Aleppo u f’Damasku waqt taħdita li se ssir f’Malta. Hi se titkellem dwar it-tbatija kbira li għadda u qed jgħaddi minnha l-poplu Sirjan.

Suor Annie tirriskja ħajjitha biex twassal l-għajnuna fil-qalba tal-kunflitt li qed jifni lis-Sirja. Hekk kif il-kriżi umanitarja kompliet tmur għall-agħar f’Aleppo, hija kkordinat tim ta’ voluntiera biex imorru bieb bieb u jipprovdu għajnuna bażika, speċjalment lill-morda u l-anzjani maqbuda f’Aleppo. Parti mill-ħidma tagħha hija li tgħin 550 familja. It-tim għen lil dawk li kellhom bżonn kbir ta’ ikel, fjuwil għas-sħana, provvista ta’ dawl elettriku, ilma tax-xorb, ħwejjeġ u rigali tal-Milied għat-tfal. Dawn il-proġetti t’għajnuna kollha ġew iffinanzjati mill-Aid to the Church in Need, bl-għajnuna ġeneruża tal-benefatturi.

Suor Annie Demerjian issa hija bbażata f’Damasku, fejn qed twassal għajnuna umanitarja u kura pastorali b’riskju personali kbir. Damasku ġarrab żieda ta’ vjolenza, speċjalment fil-Lvant ta’ Ghouta, li hija żona kkontrollata mir-ribelli, b’rapporti ta’ aktar minn 900 persuna maqtula.

Mit-22 ta’ Jannar 2018, bosta żoni f’Damasku, fis-subborgi tal-Lvant, sofrew ukoll attakki bil-bombi u bil-balal, partikolarment f’Bab Touma, Abbassyin, Kassaa, Koussour u Jaramana. Ħafna Kristjani jgħixu f’dawn l-inħawi, u hemm bosta kunventi u monasteri, inkluż il-kunvent fejn tgħix Suor Annie Demerjian. Minn Frar, aktar minn 200 bomba laqtet il-kwartieri tal-Ilvant ta’ Damasku fejn mietu 28 persuna u sfaw midruba 90 oħra.

Matul it-taħdita li se ssir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, fil-5pm, se jintwerew xi filmati reċenti mis-Sirja.

It-taħdita hija organizzata minn Aid to the Church in Need (Malta).

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo iltaqgha’ wkoll mad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio fejn tkellmu fuq kif nistgħu naħdmu flimkien u naqsmu l-esperjenza li għandna fil-qasam tax-xogħol u li nħeġġu iżjed persuni jidħlu…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għall-membri u għall-pubbliku. Dan waqt laqgħa li kellu mal-Kuntistabbli…

Aktar