Lokali
Sospiż il-gwardjan li allegatament abbuża minn minorenni

Il-gwardjan li allegatament abbuża minn minorenni, ġie sospiż.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li allegat każi ta’ abbuż jittieħdu b’serjetà kbira.

TVM huwa infurmat li ilu sospiż minn Lulju.

Il-Ministeru qal li mill-mument li l-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew infurmati bl-ewwel allegazzjoni, l-uffiċjal korretiv tneħħa mis-sezzjoni YOURS sakemm saru l-investigazzjonijiet neċessarji. L-uffiċjal korrettiv ġie eventwalment sospiż u l-informazzjoni dwar l-allegat abbuż ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT 2: Gwardjan tal-ħabs jinżamm arrestat – ma jammettix li stupra priġuniera u ffastidja sesswalment oħra waqt xogħlu

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fl-aħħar il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna intebaħ li Malta mhix ippreparata għall-iżvilupp li qed isir u li ġejjin il-problemi fuq il-pajjiż. F’attività politika f’Ta’…

Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Aktar