Lokali
Sospiż il-proġett ta’ DB Group sakemm jinqata’ l-appell

Il-permess għall-proġett tas-City Centre tal-grupp DB f’Pembroke jinsab sospiż sakemm it-tribunal tal-Ippjanar iddeċieda fuq l-appell li saru kontra l-permess li ngħata mill-Awtorità tal-Ippjanar f’Settembru li għadda.

It-tribunal beda jisma’ l-appell li sar kontra l-proġett minn sbatax il-appellant li jinkludu numru ta’ għaqdiet mhux governattivi u l-kunsilli lokali ta’ Pembroke, San Ġiljan u Swieqi.

Waqt is-seduta il-kelliema f’isem l-appellanti qalet li s-sit fejn ġie approvat il-proġett jinkludi barracks li m’għandhomx jintmessu, u l-permess biex dawn jiżżarmaw u jerġgħu jintramaw għandu jiġi revokat.

L-appell infetaħ f’Novembru li għadda wara li nġabru ‘l fuq minn €20,000 biex ikopru l-ispejjeż tal-appell. It-tribunal mistenni jagħti d-deċiżjoni tiegħu fit-12 ta’ Frar li ġej.

Ara wkoll:

Iressqu appell kontra l-proġett tad-DB Group