Lokali
Sospiż l-istrajk tal-MUT fl-MCAST

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni

Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv ġdid.

Il-MUT qalet li kellha laqgħa mat-tmexxija tal-MCAST u għalkemm il-proposta finanzjarja għadha mhix aċċettabbli intlaħaq qbil kif iż-żewġ naħat ikomplu jitkellmu biex tinstab soluzzjoni.

L-istrajk mhux se jsir b’sinjal ta’ rieda tajba

Iż-żewġ naħat għandhom jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ħamis u għaldaqstant il-Union iddeċiediet li b’sinjal ta’ rieda tajba l-istrajk li kien ippjanat għal nhar il-Ġimgħa ma jsirx.

L-MUT qalet li d-direttivi l-oħra ta’ azzjonijiet industrijali fl-MCAST ser jibqgħu fis-seħħ sakemm jintlaħaq il-ftehim.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar