Parlament
Sospiża laqgħa tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar l-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna f’San Pawl il-Baħar meta huwa kien Ministru responsabbli mill-artijiet.

Id-deputat Azzopoardi ddikjara li kellu stqarrija ġuramentata miktuba x’jaqra u ngħata l-permess miċ-Chairman Beppe Fenech Adami biex jaqraha waqt li kopja tqassmet lill-membri kollha tal-Kumitat.

L-avukat Robert Abela f’isem il-membri tal-Gvern oġġezzjona għax qal li l-linji gwida li fuqhom jimxi l-Kumitat jagħmluha ċara li jew issir dikjarazzjoni bil-kliem jew tkun ippreżentata bil-miktub. Huwa insista li l-membri tal-Gvern jibdew jagħmlu l-mistoqsijiet lix-xhud. Wara diversi argumenti bejn iż-żewġ naħat, kemm iċ-Chairman Fenech Adami kif ukoll Dr Abela talbu ruling mill-ispeaker.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar