Barranin
SpaceX Dragon tasal fl-istazzjon internazzjonali spazjali

L-erba’ astronawti li lbieraħ bdew missjoni spazjali abbord il-kapsula SpaceX Dragon illum waslu fl-istazzjoni internazzjonali spazjali.

L-astronawti se jqattgħu sitt xhur fl-ispazju u flimkien mat-tliet astronawti oħra li diġà jinsabu abbord dan l-istazzjon fl-ispazju se jagħmlu sensiela ta’ esperimenti.

Din il-missjoni spazjali qed issir b’kollaborazzjoni man-NASA, u fost l-esperimenti hemm dawk b’rabta mal-gravità u kif din taffettwa lill-bniedem meta jiffaċċja mard u kundizzjonijiet oħra.