Barranin
Spanja b’reġistru bl-ismijiet ta’ persuni li se jirrifjutaw li jieħdu t-tilqima

Hekk kif il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bdew b’mod kolletiv jlaqqmu ċ-ċittadini tagħhom Spanja se tkun qed iżomm reġistru bl-ismijiet ta’ persuni li se jirrifjutaw li jieħdu t-tilqima.

Il-Ministeru tas-Saħħa Spanjol Salvador Illa qal li dan ir-reġistru mhux se jkun aċċessibli għall-pubbliku jew għal min iħaddem iżda se jiġi mxerred mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li kulħadd għandu jitlaqqam biex tintrebaħ il-gwerra tal-Covid.

Spanja hija waħda mill-aktar pajjiżi li kienet milquta mill-Covid fl-Ewropa madanakollu skont stħarriġ riċenti 47% tal-Ispanjoli mhumiex se jieħdu t-tilqima ta’ Pfizer u Biontech li ġiet approvata l-ġimgħa l-oħra mill-awtoritajiet regolatorji Ewropej.