Barranin
AĠĠORNAT: L-immigranti abbord l-Open Arms ma jifilħux ibaħħru lejn Spanja

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni abbord il-vapur bħala waħda ta’ emerġenza umanitarja.

Il-kelliema Laura Lanuza kienet qed tirreaġixxi għall-offerta tal-Gvern Spanjol li l-vapur b’mija u seba’ immigranti jiżbarka fil-port li jinsab fir-reġjun ta’ Andalusia qrib Ġibiltà. Hija qalet li l-immigranti għandhom jiżbarkaw minnufih għax ma jistgħux ipoġġu f’riskju ħajjet l-immigranti u l-membri tal-ekwipaġġ fi vjaġġ ieħor ta’ elf kilometru lejn l-iżjed port imbiegħed fil-Mediterran li jirrikjedi ħames jew sitt ijiem oħra ta’ tbaħħir.

Il-kelliema qalet li abbord il-vapur hemm tensjoni kbira minħabba li wħud mill-immigranti qed jitlewmu bejniethom. Dalgħodu wħud mill-immigranti li ilhom fuq il-vapur 17-il ġurnata, qabżu l-baħar u ppruvaw jgħumu sax-xatt ta’ Lampedusa iżda reġgħu ttellgħu abbord il-vapur.

Bħalissa, il-vapur għadu wieqaf qrib il-gżira Taljana ta’ Lampedusa.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ma kkommettix ruħu li jekk fl-elezzjoni ta’ Novembru jitlef, jitlaq il-poter minn idu bil-kelma t-tajba. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House, Trump qal li rridu naraw x’se…

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni…

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet riforma sħiħa fir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni. Il-patt ġdid dwar il-migrazzjoni qed jipproponi paġna ġdida f’din il-kwistjoni kumplessa u fost l-oħrajn qed tkun proposta ‘solidarjetà mandatorja’ li…

Il-vapur Alan Kurdi b’133 immigrant abbord biddel ir-rotta tiegħu u beda jbaħħar lejn il-port ta’ Marsilja fi Franza. L-immigranti ġew salvati s-Sibt li għadda u l-vapur talab l-għajnuna taċ-ċentri ta’…

Aktar