Barranin
Spanja twaqqaf lill-Open Arms milli jbaħħar

Il-bastiment Open Arms li jsalva ħajjet l-immigranti li jsibu ruħhom f’diffikulta fil-baħar ma ngħatax il-permess li jbaħħar.

Spanja waqqfet lill-bastiment milli jbaħħar mill-port ta’ Barċellona wara li sabitu li naqas milli jimxi u jirrispetta l-liġijiet u regoli marittimi fil-passat.

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-bastiment naqas milli jirrispetta l-obbligu li jħalli lit-300 immigrant salvati f’Diċembru li għadda fl-aktar port viċin.

L-immigranti kienu telqu mil-Libja u spiċċaw fi Spanja.

Sadanittant, il-bastiment Seawatch li ftit tal-jiem ilu kien fl-ibħra Maltin, jinsab bħalissa wieqaf mal-kosta Libjana.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar