Barranin
Spanja: Wara ġimgħa għadhom jippruvaw isalvaw lit-tifel li waqa’ f’borehole

Fi Spanja, għadhom għaddejjin l-isforzi biex jiġi salvat it-tifel ta’ sentejn li ilu ġimgħa waqa’ f’borehole.

It-tifel, Julen, waqa’ fil-borehole wiesgħa 25 ċentimetru u mitt metru fond, waqt ħarġa mal-familja fiż-żona muntanjuża qrib il-belt ta’ Totalan f’Malaga.

L-uffiċjali ta’ salvataġġ ma kellhomx sinjali jekk it-tifel għadux ħaj, iżda qed jaħdmu b’dan il-ħsieb f’moħħhom.

Matul tmiem il-ġimgħa beda t-tħaffir ta’ żewġ mini li huwa ttamat li jwasslu lill-uffiċjali tas-salvataġġ sa fejn jinsab maqbud it-tifel.

Ara wkoll:

Ġirja kontra l-ħin biex isalvaw tifel li waqa’ ġo bir fond fi Spanja

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sehem ta’ George Ezra, Little Mix, “The 1975”, u l-artist Hugh Jackman, li interpreta kanzunetta mill-film “The Greatest Showman”, kienu wħud mill-attrazzjonijiet fis-serata tal-BRIT Awards f’O2 Arena f’Londra. L-istennija iżda…

Barranin

Uħud mill-immigranti li kienu abbord id-dgħajsa Diciotti qed ifittxu għad-danni lill-Gvern Taljan talli baqgħu bejn sema u ilma għal diversi jiem jistennew l-eżitu tal-kwistjoni li nqalgħet fis-Sajf li għadda. 41…

Barranin

Qed ikun meqjus l-ewwel każ tax-xorta tiegħu fl-istorja politika, dak tal-Prim Ministru tas-Serbja Ana Brnabic, li s-sieħba tagħha għadha kemm welldet tifel. Brnabic, li għandha 43 sena, hija mhux biss…

Barranin

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista. L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma…

Aktar