AĠĠORNAT (3): Raġel arrestat wara li spara lejn missieru f’Ħal Għargħur

Missier ta’ 58 sena ndarab fi sparatura f’Ħal Għargħur wara argument ma’ ibnu ta’ 31 sena. Skont sorsi infurmati ġew sparati tliet tiri u wieħed minnhom laqat lill-missier f’għonqu. Huwa sofra ġriehi ħfief. Il-pulizija arrestat lit-tifel iżda skont informazzjoni li għandu TVM, għadha ma sabitx l-arma li ntużat fl-isparatura.

Il-ħemda f’Ħal Għargħur inkisret b’argument familjari li għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu seħħ f’għalqa bejn missier u ibnu li eskala fi sparatura ta’ tliet tiri tan-nar li kienu sparati fid-direzzjoni tal-missier.

Il-missier, Peter Azzopardi, li għandu 58 sena u joqgħod il-Mosta, indarab b’tir li laqtu f’ għonqu iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Il-missier ittieħed l-isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief u qed jinżamm għall-osservazzjoni.

L-iben, Stephen Azzopardi li għandu 31 sena, ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit ftit tal-ħin wara.

Fuq il-post fejn seħħ l-inċident, kien hemm għadd ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija fosthom dawk mid-Dipartiment tal-Forensika u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet kriminali. Il-pulizija għamlu wkoll tfittxija fil-propjeta tiegħu li tinsab f’Ħal Għargħur stess għall-arma li safejn huwa maghruf għadha ma nstabitx. Mit-tiri sparat jidher li l-arma kienet pistola.

Jidher li din ma kienetx l-ewwel darba li l-missier u l-iben tlewmu bejniethom. Rapporti mhux ikkonfemati jindikaw li l-iben mhux qed jikkopera mal-pulizija fl-investigazzjonijiet taghhom li ghadhom ghaddejjin.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriela Vella, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar