Barranin
AĠĠORNAT: Jinqatel ir-raġel li allegatament spara f’ħanut f’Kalifornja

Raġel li allegatament spara f’ħanut tal-ikel fl-Istati Uniti nqatel fuq il-post u ħdax-il persuna fosthom uffiċjal tal-pulizija ndarbu fl-isparatura li seħħet f’Thousand Oaks f’Kalifornja.

S’issa mhux magħruf jekk kienx hemm vittmi li mietu f’din l-isparatura li seħħet ftit tal-ħin ilu.

Fil-ħin tal-isparatura, fil-Borderline Bar & Grill kien hemm festin għad-dilettanti tal-mużika country.

Rapporti qalu li l-aggressur x’aktarx uża bombi tad-duħħan u arma tan-nar. Fil-ħin tal-isparatura il-post kien ippakkjat bin-nies. Kien hemm xeni ta’ paniku hekk kif in-nies ippruvaw jaħarbu mill-post.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar