Lokali
Spazju Kreattiv b’440 attività li se jżewqu l-programm Valletta 2018

Spazju Kreattiv, iċ-ċentru nazzjonali għall-kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt ħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-istaġun il-ġdid mifrux minn issa sa Lulju tas-sena d-dieħla. Il-programm jinkludi aktar minn 440 attività u fih bosta inizjattivi li jiffurmaw parti mill-programm ta’ Valletta 2018 – Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Mużika elettronika ppreżentata mill-għaqda Electronic Music Malta. Din hi għaqda li fl-aħħar xhur tat bidu għall-kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt u qed tippreżenta bosta attivitajiet hawnhekk, kif se tkun qed tagħmel tul l-istaġun il-ġdid li jibda minn dan ix-xahar u jibqa’ sejjer sa Lulju tas-sena d-dieħla. Fit-tnedija għall-istaġun il-ġdid, id-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv, Toni Sant, qal li l-programm imħejji għax-xhur li ġejjin jorbot ma’ tliet punti: l-identità, id-diversità u l-eredità li huma ċentrali fil-viżjoni strateġika taċ-ċentru.

Mistoqsi dwar ix-xejriet fl-attendenza, Dr Sant qal lil tvm.com.mt li qed jinnotaw uċuħ ġodda kemm mill-pubbliku u minn artisti li qed jidħlu f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

“U dak kien propju parti mit-tir tagħna li niddiversifikaw l-udjenza tagħna. Fl-istess waqt din l-idea ta’ diversifikazzjoni torbot mal-artisti. Jiġifieri n-nies fil-qasam kreattiv huma tip ta’ nies differenti li forsi qabel ma kinux iħarsu lejn l-organizazzjoni tagħna bħala waħda li jistgħu jikkollaboraw magħha jew inkella lanqas biss kienu jeżistu qabel,” qal Dr Sant.

Il-programm tal-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv jinkludi 14-il produzzjoni teatrali fil-maġġoranza xogħlijiet ġodda, kunċerti u esebizzjonijiet artistiċi fosthom waħda taċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina u oħra kollettiva minn artisti Maltin u Pollakki. L-iskeda taċ-ċinema tinkludi festival ta’ films mill-Estonja u l-Festival Internazzjoanli tal-Films fil-Belt.

Bil-programm tal-istaġun se jaħbat mal-perjodu li fih il-Belt se tkun il-kapitali Ewropea tal-Kultura, Toni Sant, qal li qed jaħdmu id f’id mal-Fondazzjoni Valletta 2018 biex inizjattivi li se jsiru f’dan il-perjodu jiġu inklużi fil-programm ta’ Spazju Kreattiv għas-snin ta’ wara.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Libjan ta’ 37 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda aggredixxa lill-kantanta Mikaela Attard u l-ħabiba tagħha waqt li kienu Paceville. Ġie allegat li l-Libjan…

Lokali

Żewġt aħwa li jumejn ilu kienu involuti fi ġlieda f’Ħal Tarxien inżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għal sensiela ta’ akkużi fosthom li darbu gravi lil raġel ta’ 36…

Lokali

Stħarriġ professjonali, indipendenti u estensiv juri li l-ħaddiema fis-settur pubbliku f’sena jieħdu medja ta’ jum wieħed biss ta’ sick leave aktar mill-ħaddiema fis-settur privat. Filwaqt li l-ħaddiema fis-settur privat jieħdu medja ta’…

Lokali

Il-Kamra tal-Inġiniera, f’konferenza dwar in-nirien li kienet ippjanat qabel l-inċident tan-nirien tal-Ħadd li għadda li fih tilef ħajtu Gordon Spiteri, sejħet biex jiżdiedu l-miżuri fil-binjiet f’Malta kontra n-nirien. F’intervent fil-konferenza,…

Aktar