Lokali
Spazju Pubbliku f’nofs żona ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ

Spazju Pubbliku f’nofs żona ta’ akkomodazzjoni soċjali Triq il-Mitħna f’Ħaż-Żebbuġ se tingħata dehra ġdida b’investiment ta’ €300,000. Ix-xogħol mistenni jibda f’Marzu.

Ix-xoghol se jsir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi, wara li ż-żona tħalliet mitluqa għal diversi snin.

Il-Ministru Ian Borg qal li fost oħrajn il-proġett jinkludi żona ta’ rikreazzjoni, bdil tal-pavimentar u faċilitajiet għat-tfal. Dr Borg qal li se jiżdiedu s-siġar, se jinbidel id-dawl u se jkun hemm faċilitajiet fejn wieħed iħalli r-rota.

Ix-xogħol se jsir ukoll wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.