Attività
ILLEJLA: Spettaklu għall-ftuħ tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali

Illejla, Malta se tinqasam f’sitt żoni differenti għal spettaklu ta’ logħob tan-nar bis-sehem ta’ 31 kamra tan-nar li se jaħdmu flimkien biex jippreżentaw spettaklu pirotekniku li se jgħaqqad flimkien it-tradizzjonijiet Maltin, il-wirt, il-kultura u r-rebħa li għamel il-pajjiż fuq il-coronavirus.

L-ispettaklu tan-nar se jsir f’21 post differenti f’Malta u Għawdex. Hu stmat li se jinħarqu mal-450 murtal.

L-avveniment organizzat mill-Ministeru u l-Awtorità tat-Turiżmu ngħata l-isem: Visit Malta Now u se jibda wara t-8.30 p.m fl-okkażjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport għal titjiriet kummerċjali.

Fl-istess ħin ajruplan tal-Air Malta li se jkun liebes libsa ġdida se jittajjar għal xi ħin fil-baxx, biex ukoll jimmarka l-okkażjoni tal-lum.

It-titjira u parti mill-ispettaklu jixxandru fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.

 

Ara wkoll:

ARA: L-ajruport jiftaħ għas-safar – Jaslu l-ewwel turisti