Lokali
Spettaklu ta’ nar fil-Mosta f’lejlet Santa Marija

Is-smewwiet madwar Malta fil-jumejn li ġejjin ser jimtlew kuluri hekk kif diversi lokalitajiet jiċċelebraw il-Festa ta’ Santa Marija. TVM żar it-tħejjijiet għal-logħob tan-nar li qed isiru mill-kamra tan-nar ta’ Santa Marija tal-Mosta li qed tħejjii għal spettaklu tan-nar sinkronizat mal-mużika. Bit-tema “Symphony of Fire” l-ispettaklu ser ikollu mijiet ta’ murtal tal-kulur u fi tmiemu jinħaraq in-nar tal-art ħdejn il-knisja tal-Mosta.

B’aktar minn sitt elef kapsa tan-nar, il-piroteknici tal-kamra tan-nar ta’ Santa Marija tal-Mosta huma anzjużi għall-ispettaklu ta’ lejlet il-festa ta’ Santa Marija.

Il-koordinatur tal-ispettaklu, Malcolm Zammit qal li dan jikkonsisti b’wirja tan-nar ta’ 23 minuta ta’ nar sinkronizat mal-mużika.

“Għandna diversi effetti, xogħol mal-art, xogħol ta’ mrewwaħ, xogħol ta’ żbroffi, anki xogħol fis-sema, jibdew minn 4 pulzieri nibqgħu tilgħin sa ballun ta’ żewġ piedi, li llum il-ġurnata bħala kamra tan-nar tal-Mosta sirna rinomati għalihom.”

Is-sur Zammit qal li l-armar tan-nar fil-post huwa l-aħħar fażi wara li jkunu ilhom jippreparaw xhur sħaħ.

“Apparti t-tensjoni li hija waħda kbira, sakemm ilesti x-xogħol, ikun hawn ħafna attività għadejja, xogħlijiet, aħna hawnhekk qegħdin grupp ta’ 10 min nies l-għalqa, jalternaw, grupp jidħol filgħodu u grupp filgħaxija. Nikkordinaw bejnietna u nqassmu x-xogħol.”

L-ispettaklu symphony of Fire ser issir għada filgħaxija u huwa wieħed minn spettakli li ser idawlu s-smewwiet lejlet il-festa ta’ Santa Marija.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar