Barranin
Spetturi ta’ armi kimiċi se jitħallew iżuru s-siti fis-Sirja

Ir-Russja qalet li spetturi ta’ armi kimiċi se jitħallew iżuru s-siti fis-Sirja fejn allegatament seħħ attakk b’armi kimiċi. It-tim internazjonali ilu fis-Sirja minn nhar is-Sibt, imma ma tħalliex iżur Douma. L-attakk, li seħħ fis-7 ta’ April wassal għal attakki militari mill-Istati Uniti, ir-Renju Unit u Franza kontra miri speċfiċi tal-gvern Sirjan.

Is-Sirja u r-Russja qed jiċħdu li seħħ l-attakk b’armi kimiċi, tant li r-Russja, pajjiż alleat tas-Sirja qed isejjaħlu bħala xi ħaġa maħduma apposta.

Aktar kmieni llum, il-media tal-istat Sirjan qalet li d-difiża mill-ajru tal-pajjiż wieġbet għal attakk bil-missili fuq il-belt ta’ Homs. Qalet li l-missili attakkaw il-bażi tal-ajru Shayrat, imma ma qalitx min spara l-missili.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar