Barranin
Spiċċa arrestat wara li nemmes taħt id-dbielet ta’ 550 mara

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn.

Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed jiġi akkużat li ġibed dawn il-filmati minn fuq mobile moħbi f’basket.

Il-pulizija qalu li l-Kolumbjan tella’ 283 filmat onlajn fuq siti tal-pornografija. Il-filmati għamlu suċċess kbir l-għaliex rawhom miljuni ta’ persuni.

Xi wħud mill-vittmi huma tfajliet taħt l-età u l-biċċa l-kbira tagħhom, sfaw vittmi fil-Metro.

Intqal ukoll li l-Kolmbjan kien imur fis-supermarkets u saħansitra kien jintroduċi lilu nnifsu lill-vittmi tiegħu biex ikun jista’ jikseb filmati aktar ċari.

Il-pulizija bdiet issegwi lir-raġel u arrestatu waqt li kien qed jieħu filmat ta’ mara fil-Metro.

Fi Spanja, dan l-att huwa meqjus bħala abbuż sesswali u jaf iwassal għall-priġunerija.

Fl-Ingliterra u Wales, dan l-att huwa meqjus bħala offiża kriminali.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar