Radju
Spiċċa jagħmel il-‘Breakfast Cafe’ mid-dar

F’dawn il-jiem, ħlief Covid-19 ma tismax. Il-Coronavirus spiċċa fuq fomm kulħadd, u ma ħalla ‘l ħadd bi kwietu. Lanqas lil Carlo Borg Bonaci, li ta’ kuljum sa minn sbieħ il-jum iżomm kumpanija lis-segwaċi ta’ Magic Malta b’ ‘Carlo’s Breakfast Cafe’.

Liema programm, fl-isfond tas-sitwazzjoni staordinarja li qegħdin ngħixu fiha, Carlo ser ikollu jkompli jagħmlu mid-dar. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar jiem, kaxkar miegħu nofs studio u reħielha lejn id-dar mgħammar bi screen u żewġ speakers daqshiex, fost l-oħrajn.

Madanakollu, kif jixhed ritratt imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Magic Malta, anki jekk minn daru, Carlo, bi tbissima fuq fommu, xorta waħda jidher li qed jagħmel l-almu tiegħu, hekk kif bħalma jgħidu l-Queen the show must go on.

L-ewwel Breakfast Cafe mid-dar☕️🤟

Gepostet von Magic Malta 91.7 am Montag, 23. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja mument ta’ diqa meta fl-ibliet Taljani mill-Lombardija, l-agħar reġjun milqut mill-Covid 19 sa Sqallija, il-bnadar tniżżlu mezzasta, u l-pajjiż osserva minuta silenzju biex ifakkar iżjed minn mitt elf vittma…

Barranin

Koppja anzjana, li nzertaw jgħixu f’pajjiżi differenti, anki jekk ġirien, spiċċaw mifruda minn xulxin minħabba l-Covid-19. Inga Rasmussen ta’ 85 sena tgħix id-Danimarka, waqt li Karsten Tüchsen Hansen ta’ 89 sena…

COVID-19

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, sostna li dan mhuwiex żmien tal-‘weekend breaks’, la f’Malta u lanqas f’Għawdex. Waqt konferenza stampa, il-Ministru Camilleri qal li kull passiġġier li jirkeb il-Gozo Channel…

Kurżitajiet

Fl-Indja uffiċjal tal-pulizija ħareġ bl-idea li jilbes tal-Covid-19 bil-għan li jħeġġeġ lill-pubbliku jibqa’ ġewwa biex ma tkomplix tinfirex il-marda. Kif jispjega fil-filmat, l-uffiċjal tal-pulizija jittama li bl-elmu li ħoloq, f’forma…

Aktar