Lokali
Spiċċa l-ħabs għax ried bilfors jara l-kelb tal-eks mara

Raġel intbagħat il-ħabs wara li baqa’ jinsisti li jrid jara l-kelb tal-eks mara tiegħu.

Fil-Qorti nstema’ kif il-koppja sseparat f’Awwissu 2015 iżda r-raġel ried jibqa’ jara l-kelb li hu anzjan u wasal biex imut.

Il-mara tellgħetu l-Qorti wara li għamlet rapport fuq vjolenza domestika. Fil-Qorti nstema’ li r-raġel kien sorpriż meta sar jaf b’dan ir-rapport u ddeċieda li jitla’ l-Qorti mingħajr assistenza ta’ avukat għax fi kliemu ħaseb li l-affarijiet setgħu jittranġaw b’mod amikevoli. Madankollu fil-Qorti huwa ntalab li jiffirma ordni ta’ protezzjoni biex ma jersaqx lejn l-eks mara tiegħu, liema ordni huwa ċaħad li jiffirma għax ried li jara l-kelb. Id-deċiżjoni tiegħu waslet lill-Qorti biex iżommu arrestat għal 10 t’ijiem.

F’seduta oħra fil-Qorti, instema’ li meta kien fil-ħabs ir-raġel għamel kuntatt ma’ sieħbu biex jgħinu jsib avukat għas-seduta li kien imiss. Huwa skonta 9 t’ijiem arrestat mis-sentenza ta’ 10 t’ijiem. Ir-raġel xehed li hu ma ffirmax l-ordni ta’ protezzjoni għax xtaq li l-Qorti tisma’ l-verżjoni tiegħu.

Min-naħa tagħha l-mara xehdet li fix-xahar li huma sseparaw, l-eks raġel tagħha mar fil-blokka tal-appartamenti tagħha biex jara l-kelb. Qalet li minkejja li għalqet il-bieb ta’ barra u ma ħallitux jidħol, huwa baqa’ jdur fil-kurutur tal-blokka u jgħajtilha b’titli differenti. Żiedet tgħid li ċemplet lill-Pulizija iżda laħaq telaq sakemm waslu l-pulizija.

Minkejja li l-Prosekuzzjoni xehdet li kienet irċeviet rapport ta’ vjolenza domestika u theddid mir-raġel li se jippubblika ritratti intimi tal-mara li ttieħdu meta kienu miżżewġin, fil-Qorti l-mara ammettiet li l-eks raġel tagħha kien baqa’ jipprova jagħmel kuntatt magħha biex jara l-kelb. Hija qalet li ġieli bagħtilha xi emails ukoll biex forsi jara l-kelb. Żiedet tgħid li wara li ġiet ordnata l-ordni tal-protezzjoni hija rranġat biex l-eks raġel tagħha ikun jista’ jara l-kelb permezz ta’ terzi persuni.

Il-każ mistenni jkompli jinstema’ x-xahar id-dieħel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal…

Lokali

Il-Maġistrat Anthony Vella ġie assenjat mill-Prim Imħallef biex imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’deċiżjoni li tat kmieni dalgħodu, il-Maġistrat Scerri Herrera irrikużat ruħha mill-inkjesta u qalet li l-ġustizzja…

Lokali

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iddeskriva b’mod grafiku dak li ra wara l-isplużjoni li ħalliet lil ommu mejta lbieraħ. Is-Sur Caruana Galizia kien l-ewwel wieħed fuq ix-xena peress…

Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru: Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija…

Aktar