Qorti
Spiċċa l-Qorti wara li seraq 4 kaxxi ċikkulata

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Marsa ġie mixli li bejn it-Tnejn u l-Ħamis seraq 4 kaxxi taċ-ċikkulata mingħand importatur tal-ikel u li bigħhom għal €500.

Il-ġuvni wieġeb ħati għall-akkużi. L-Ispetturi Hubert Cini u Paul Camilleri qalu li ż-żagħżugħ ikkopera mal-Pulizija u talabhom biex jirċievi għajnuna professjonali.

Il-Maġistrat Mifsud qal li s-soċjetà Maltija hi ħanina u lesta tagħti ċans ieħor liż-żagħżugħ biex ma jkollux kondotta mċappsa.

Il-Qorti ordnat li l-imputat irodd lura l-flus fi żmien 6 xhur filwaqt li ordnatlu jiġi segwit minn uffiċjal tal-probation għal 3 snin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar