Stejjer Umani
AĠĠORNAT (2): Spiċċaw jorqdu barra biex jagħmlu l-għassa ma’ darhom

Membri tal-familja li kienet tgħix fis-sular ta’ taħt tal-binja li ġġarrfet nhar il-Ħamis fi Gwardamangia spiċċaw jorqdu barra biex joqgħodu għassa ma’ darhom.

Anthea Brincat ta’ 24 sena tkellmet ma’ TVM dalgħodu, fejn spjegat kif hi u ħuha dal-lejl raqdu fil-karozza quddiem darhom, li għandha ġenb miftuħ, u li fiha għad għandhom l-oġġetti personali tagħhom.

Imnikkta, Anthea qalet li skopriet b’kumbinazzjoni li m’hemmx pulizija għassa mal-post, u meta marret tistaqsi fl-għassa ġiet infurmata li l-inkjesta kienet intemmet.

Hija qalet li l-iżviluppatur li kien qed jiskava meta ċeda l-appoġġ, irrifjuta li jagħmel tajjeb hu għal gwardjan privat, u għalhekk spiċċaw għassa mal-post huma lejl u nhar.

Hija qalet li l-Awtorità tad-Djar għamlet kuntatt magħhom ilbieraħ biex toffrilhom post alternattiv, iżda sakemm ma jkunx hemm persuna apposta biex tissorvelja l-post, huma jkollhom jibqgħu fit-triq.

Aġġornat – Wara l-artiklu ppubblikat minn tvm.com.mt, pulizija wasal fuq il-post. TVM infurmat li għal issa l-pulizija se tkun qed iżżomm għassa mal-post.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-binja mġarrfa fil-Pietà laqtet il-ħajja ta’ 18-il persuna

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar