Barranin
Spiċċaw l-isptar wara li tawhom kejk bil-ħaxixa waqt funeral fil-Ġermanja

Funeral fil-Ġermanja ħa żvolta mhux mistennija, meta 13-il persuna spiċċaw l-isptar wara li ngħataw kejk li kien fih il-kannabis.

Wara d-difna tal-katavru fi Wiethagen, il-qraba marru ġo restorant għall-kafe u biċċa kejk bħal ma hija t-tradizzjoni f’dan il-pajjiż.

Sid ir-restorant kienet qabbdet lil bintha ta’ 18-il sena tħejji l-kejkijiet għall-okkażjoni, u fosthom ħmiet wieħed għaliha li x’aktarx kien beħsiebha taqsmu ma’ sħabha.

Ġara iżda li l-kejk bil-ħaxixa ttieħed mill-freezer tad-dar mal-oħrajn, u ġie servut lill-klijenti wara l-funeral, fosthom l-armla li kienet għadha kemm difnet lil żewġha.

Il-klijenti ttieħdu l-isptar wara li bdew jistordu, filwaqt li kontra t-tfajla nfeħtu proċeduri legali.