Spiżjara jirrifjutaw li jbigħu l-Morning After Pill – 60 mibjugħa fi ħmistax

Fi ħmistax inbiegħu mas-60 morning-after pill mill-ispiżeriji lokali. Dan il-kontraċettiv ta’ emerġenza qed jinbigħ f’madwar 200 spiżerija… madankollu wħud mill-ispiżjara għażlu li ma jbigħuhiex għax tmur kontra l-kuxjenza tagħhom għax jikkunsidra li tista’ tkun abortiva. Minn stħarriġ li għamel Television Malta jirriżulta li d-domanda għal morning after pill hija l-iktar qawwija mil-ispiżeriji fiż-żoni turistiċi.

Fl-ewwel ġimagħtejn mindu daħlet fis-suq, kien hemm madwar sittin klijent li xtraw din il-pillola li bdiet tinbigħ f’Malta wara kontroversja qawwija, bl-awtorità tal-mediċini tawtorizza l-bejgħ tagħha mil-ispiżerji mingħajr il-ħtieġa tar-riċetta tat-tabib.

Il-kontroversja madankollu għadha mhux magħluqa għax numru ta’ spiżeriji għażlu li ma jbigħuhiex minħabba li qed joġġezzjonaw għaliha fuq il-bazi ta’ kuxjenza. Fosthom l-ispiżjara Marisa Dalli anke jekk ikkonfermat li kellha talba għaliha.

“Jien konxja ħafna li f’din hemm it-terza persuna involuta mhux qiegħda servizz lil min qed nara quddiemi imma dak il-persuna li jista’ jkun hemm, li forsi aħna m’aħniex konxji li qiegħed hemm u b’dan il-mod nista’ flok nagħmel il-ġid nagħmel il-ħsara u għalhekk jien għandi l-oġġezzjoni tiegħi li nbigħ il-morning-after pill”, qalet l-ispiżjara. Hija żiedet tgħid li meta jistaqsuha tagħti indikazzjoni minn fejn tista’ tinxtara, iżda qalet li s’hemmhekk tista’ tasal.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini – il-Professur Anthony Serracino Inglott qal li mill-informazzjoni li għandu huwa, il-maġġoranza tal-ispiżeriji qed ibigħu l-morning after pill.

“Tinsab fi 80 fil-mija tal-ispiżeriji, trid tqis li hawn xi 250 spiżerija”, qal il-Prof. Anthony Serracino Inglott, Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini.

Il-Professur Serracino Inglott qal li f’dawn l-ispiżeriji hemm ftit ‘il fuq minn 300 morning-after pill, l-ellaOne li hija l-uniku kontraċettiv ta’ emerġenza awtorizzat li jinbigħ f’Malta. Qal li s’issa nbigħu madwar 60 minn dawn il-pilloli, l-aktar mill-ispiżeriji fiż-żoni turistiċi.

L-Awtorità tal-Mediċini ppubblikat fuq is-sit tagħha l-linji gwida dwar dan il-kontraċettiv ta’ emerġenza. Il-Professur Serracino Inglott spjega li dawn fost oħrajn ifakkru lill-ispiżjara biex jimxu mal-kodiċi ta’ etika tal-professjoni tagħhom.

“Bħal kull mediċina oħra l-ispiżjar jimxi skont il-kuxejnza, skont l-etika u skont il-professjoni u jieħu d-deċiżjoni li jara hu l-iżjed xierqa fl-interess tal-pazjent… jista’ pereżempju jagħti parir li wieħed għandu jara tabib jew xi professjonist ieħor jew anke spiżjar ieħor”, qalet il-Prof. Serracino Inglott.

Il-professur Serracino Inglott qal li l-Awtorità tal-Mediċini qed tipproċessa numru ta’ applikazzjonijiet ta’ aġenti oħra biex jirreġistraw u jimpurtaw ditti oħra tal-morning-after pill.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar