Kronaka
AĠĠORNAT: Splużjoni fl-inħawi ta’ kamra tan-nar fiż-Żurrieq

Tard waranofsinhar instemgħet splużjoni fl-inħawi tal-kamra tan-nar tal-Karmnu fiż-Żurrieq.

Kelliem għall-Pulizija qal lil TVM li kienu infurmati bil-każ għall-ħabta tal-4.45pm.

Mill-ewwel tagħrif qed ikun irrappurtat li l-kamra tan-nar x’aktarx li ntlaqtet minn sajjetta. Nies fuq il-post semmew li s-sors tal-isplużjoni setgħet kienet il-magna tal-porvli.

Fuq il-post f’qasir ħin, dilettanti tan-nar minn dan il-kumpless li nfurmaw lill-Pulizija li ħadd minn sħabhom ma kmien fuq ġewwa.

Issejħu uffiċjali tat-Taqsima tal-Isplussiv tal-Forzi Armati biex jaċċertaw li is-sigurtà tal-post. Fuq il-post ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Is-sajjetta ħalliet diversi djar mingħajr elettriku għal ftit ħin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-destin tal-ponta ta’ Paceville reġa’ jinsab fl-arena ta’ argumenti favur u kontra l-iżvilupp propost mill-grupp DB. Il-Moviment Graffitti b’koalizzjoni ta’ għaqdiet u tliet kunsilli lokali ddikjara li anke l-pjanti riveduti…

Lokali

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern…

Għawdex

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf….

Radju

L-Awtorità tax-Xandir fi stqarrija informat lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju bejn is-14:00 u l-17:00, se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tar-radju minħabba manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur. L-Awtorità qalet li se jsir sforz biex ix-xogħol…

Aktar