Ħruq ta’ fdalijiet tan-nar tal-festa joħloq paniku sħiħ fl-Imqabba

Splużjoni kbira li seħħet għall-ħabta tas-6.15 p.m. fl-inħawi tal-Imqabba ksiet is-sema  b’daħna kbira li dehret minn diversi lokalitajiet f’Malta.

Minn informazzjoni li għandu tvm.com.mt jidher li l-isplużjoni seħħet wara li qabdet rubbish pile kbira wara l-festa ta’ Santa Marija.

F’din ir-rubbish pile kien hemm xi splussiv li għadu qed jinħaraq u xi kultant qed jikkawża splużjonijiet żgħar.

Persuni li nġemgħu fuq il-post li ħasbu li taret il-kamra tan-nar qalu li din mhix qiegħda fil-kumpless tal-kamra tan-nar imma viċin minn fejn jaħarqu n-nar.

Ma jidhirx li kien hemm feruti għalkemm fuq il-post hemm il-pulizija, membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u anke ambulanza.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar