Barranin
Sptarijiet fl-Indja jibagħtu messaġġi għal provvisti ta’ ossiġnu

Sptarijiet f’Delhi l-Indja komplew jibagħtu messaġġi biex jirċievu provisti ta’ ossiġnu u wissew li l-pazjenti jinsabu f’riskju. Il-kriżi bdiet madwar ġimagħtejn ilu u s’issa ma jidhirx li hemm sinjali li qed tittaffa.

Minn tal-anqas 12-il pazjent inkluż tabib mietu meta sptar prominenti spiċċalu l-ossiġnu nhar is-Sibt. Barra l-isptarijiet, qraba tal-pazjenti li ma jistgħux isibu sodda fi sptar qed jaraw kif jagħmlu sabiex jakwistaw ċilindri tal-ossiġnu b’uħud iqattgħu mat-12-il siegħa jistennew fi kju.

Il-kriżi ta’ nuqqas ta’ ossiġnu feġġet meta l-każijiet ġodda ta’ coronavirus splodew. F’Delhi biss, ilbieraħ kienu rrapportati 20,000 każ ġdid u 407 mewt.