Lokali
AĠĠORNAT: Stampat l-ewwel lott ta’ karti siguri għall-passaporti l-ġodda

Id-dokument tal-passaport Malti se jinbidel. Bi tħejjija għal dan l-iżvilupp, fil-fabbrika tal-kumpanija De La Rue fir-Renju Unit tlesta l-istampar tal-ewwel lott ta’ karta sigura biex tintuża fl-istampar tad-dokumenti tal-passaport Malti.

Stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi ntqal li meta tidħol fis-seħħ din il-bidla, mhux ser ikun hemm ħlas addizzjonali mat-tariffi eżistenti ghal passaporti l-godda. Ġie spjegat li d-dokumenti eżistenti se jibqgħu validi u jinbidlu mal-godda meta jiskadu.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli, qalet li l-passaporti l-godda ser jibdew jinhargu b’mod gradwali aktar tard din is-sena.

“Il-passaporti tal-Maltin u l-Għawdxin se jibdew jinbidlu ftit ftit fix-xhur li ġejjin hekk kif kull passaport jidħol għad-data tal-iskadenza tiegħu. L-elementi ġodda ta’ sigurtà kif ukoll l-elementi kulturali li jirrappreżentaw u li jgħaqqdu lill-Maltin u l-Għawdxin se jkunu preżenti fil-passaport il-ġdid.”

Fiż-żjara lill-fabbrika ta’ De La Rue li tipproduċi l-karta sigura, is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli kienet akkumpanajta minn uffiċjali tal-Aġenzija Identity Malta. Il-karta sigura se tiġi esportata lejn Malta, biex imbagħad l-istampar tad-dokument il-ġdid tal-passaport jsir fil-fabbrika tad-De La Rue f’Malta. Intqal li l-passaport il-ġdid se ikollu ċippa elettronika mehmuża fiha biex tiġi verifikata l-identità tal-persuna.

Ġdid fid-dokument tal-ivjaġġar hu d-disinn tal-paġni ta’ ġewwa, li se jkollhom xeni li juru l-identità kulturali u l-wirt tal-partimonju Malti. Identity Malta qalet li dawn l-immaġini mhumiex maħsuba biss għall-estetika iżda fihom elementi ta’ sigurtà bħala prevenzjoni mill-iffalsifikar.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Triq l-Għarnuq fil-Fgura hija l-ewwel triq minn 120, li se jsiru xi xogħlijiet fiha din is-sena, bħala parti mill-proġett tas-seba’ mitt triq residenzjali li se jsir xogħol fihom b’investiment ta’…

Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Aktar