Ekonomija u Finanzi
Standard and Poor’s tikkonferma r-rating ta’ Malta fil-livell A

L-Aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard & Poor’s ikkonfermat ir-rating fil-livell A għal Malta bi prospetti pożittiv tant li qalet li jekk dawn ix-xejriet ikomplu u l-awtoritajiet isaħħu l-qafas regolatorji tas-servizzi finanzjarji fis-sitt xhur li ġejjin tista’ tirrevedi ‘l fuq ir-rating ta’ Malta.

Fl-analiżi tagħhom l-ekonomisti tal-Aġenzija qalu li l-ekonomija Maltija mistennija tikber b’medja ta’ b’4% fis-sena sal-2022. Huma qalu li dan ir-rating jirrifletti t-tkabbir ekonomiku li qed ikollha Malta kif ukoll l-fatt li l-Gvern qed ikollu bilanċ fil-finanzi tiegħu u anke hemm xejra ‘l isfel fid-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross.

L-Aġenzija wissiet li tista’ tibdel ir-rating minn pożittiv għal stabbli jekk jirriżulta li l-qagħda tal-finanzi tal-Gvern tmur għall-agħar u jekk ma jittiħdux l-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji għall-istabiltà finanzjarja. Sostnew li l-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew li qed iżżomm rati baxxi tal-imgħax mhix ideali għal Malta fid-dawl tar-ritmu ekonomiku qawwi li bih qed tikber l-ekonomija Maltija.

L-ekonomisti qalu li kkunsidra l-vurnerabilitajiet tal-ekonomija Maltija fosthom li hija ekonomija żgħira u miftuħa u kkummentaw fuq dak li jqisu nuqqasijiet fit-transparenza u l-kontabiltà fis-settur finanzjarju.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm u terġa tiġġedded…

Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar