Tfal
Standards ġodda għal tfal li jinsabu f’ħarsien alternattiv

Tfasslu standards ġodda għal tfal li jinsabu f’ħarsien alternattiv li għal xi raġuni jew oħra mhumiex fil-kustodja tal-ġenituri tagħħom u jgħixu fi djar tat-tfal jew ma’ familji li jiffosterjaw. L-istandards għandhom l-għan li jassiguraw li dawn it-tfal jingħataw il-kura u l-attenzjoni li jixirqilhom.

Tniedew żewġ settijiet ta’ Standards Soċjali Regolatorji għal konsultazzjoni pubblika li għandhom jassiguraw l-interessi tat-tfal li jgħixu f’ħarsien alternattiv.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ħarsien Soċjali u l-Istandards, Matthew Vella spjega li f’Malta hawn qrib 400 tifel u tifla li jgħixu f’ħarsien alternattiv, bi kważi nofshom jgħixu fi djar residenzjali u oħrajn ma’ familji li jiffosterjaw.

”Illum fl-istandards għandna dokument li jingħata lill-professjonist biex ngħidulu b’mod tanġibbli x’affarijiet irid jagħmel, kull kemm irid jagħmel review tal-każijiet, kif għandhom ikunu d-djar residenzjali, x’għandu jkun l-ambjent u x’għandu jkun l-ikel li jingħata lit-tfal, l-aspett tas-saħħa, kien introdott l-element ta’ saħħa”

Is-Sur Vella qal li l-istandards jispeċifikaw ir-responsabbiltajiet tas-servizzi mogħtija mill-uffiċjali tal-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u jelenkaw ir-responsabbiltajiet tal-persuni li jkunu fdati bit-tfal.

Il-Ministru għall-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Micheal Falzon qal li l-istandards tfasslu wara djalogu u konsultazzjoni mal-istakeholders.

”L-istandards ma għamilnihomx biex xnirreaġixxu għal xi nuqqasijiet partikolari, kien hemm standards ukoll qabel, u ovvjament id-dinja tinbidel, dak li kien jgħodd u tajjeb għall-għaxar u għoxrin sena ilu ma għadux jgħodd illum, u għandna awtorità ġdida li xogħolha huwa preċiżament li tissettja dawn l-istandards.”

Il-konsultazzjoni pubblika dwar dawn l-istandards ser tibqa’ sejra sat-12 t’Awwissu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bħal dan iż-żmien mitt sena, f’Malta twieled wieħed mill-aqwa kummidjanti Maltin ta’ kull żmien. Imwieled l-Isla u mrobbi Bormla, Charles Clews hu kkunsidrat re tal-komiċità Maltija speċjalment għall-umoriżmu nadif tiegħu…

Lokali

Id-diriġenti tal-Fondazzjoni Puttinu qalu lil TVM li wara li fil-maratona ta’ tmiem il-gimgha inġabret is-somma ta’ ‘l fuq minn miljun u sitt mitt elf ewro, il-mira biex iseħħ il-proġett għal…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda l-ewwel rotta tal-inbejjed, jew wine trail, f’pajjiżna filwaqt li ħabbar li se jkun hemm il-Vintners’ Open Weekend is-Sibt 21 u l-Ħadd…

Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn li se jittella’ fl-20, fil-21 u fit-22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. Dan…

Aktar