Lokali
Staqsa xi drittijiet għandu għax tkeċċa mix-xogħol u spiċċa akkużat b’serq

Żagħżugħ Malti li rrikorra fuq il-midja soċjali biex jistaqsi fejn jista’ jmur jiċċekkja dwar id-drittijiet tiegħu peress li tkeċċa mix-xogħol u ma ngħatax paga, spiċċa mxandar mas-sebat irjieħ meta ġie akkużat b’serq mill-kumpanija li kienet tħaddmu.

Il-kumpanija, li għandha diversi ħwienet tal-ikel madwar Malta, qalet li kienet temmet l-impjieg tiegħu peress li kien ilu jisraq mill-cash billi ma jippanċjax l-ikel li jkun qed jinbiegħ.

Id-Direttur tal-kumpanija qal li kellhom biżżejjed provi li l-impjegat kien ilu jisraq, u li kellhom il-filmati tiegħu li kienu lesti jpoġġuhom ukoll fuq l-internet. Allegaw ukoll li fix-xift miegħu kellu kompliċi, u lil dan wissewh biex jibda jippanċja kif suppost.

Il-kumpanija temmet tgħid li l-paga dovuta kienet se tingħata lill-ex impjegat meta huwa jħallas lura l-flus kollha li kien seraq, u li kienu jammontaw iktar mill-paga tiegħu.

Wara dawn l-allegazzjonijiet serji li saru, il-‘post’ tneħħiet mill-paġna li fuqha ttellgħet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar