COVID-19
Start-up lokali mistennija tanalizza s-sekwenza tal-COVID-19 f’Malta

The Bio Arte Limited, start-up lokali li topera mill-Life Sciences Park f’San Ġwann, qiegħda taħdem biex tissekwenzja r-razza Maltija tal-COVID-19 (SARS CoV-2).

Dan se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Medical Laboratory Services għand Saint James Hospital, u qiegħda tistenna li tippubblika r-riżultati internazzjonalment sa l-aħħar tax-xahar.

Għal dan il-proġett partikolari, il-kumpanija qed taħdem ma’ Dr Elfath Elnifro, Dr Tessabella Sultana u s-Sur Paul Sultana, li tathom il-kampjuni tal-RNA tar-razza lokali ta’ COVID-19.

Skont Dr Manuele Biazzo, Direttur Xjentifiku ta’ The Bio Arte Ltd, il-kumpanija, li timpjega tim ta’ xjentisti tal-laboratorju u virologi – bħal issa qed tissekwenzja l-ġenoma tal-coronavirus permezz ta’ mijiet ta’ eluf ta’ investiment f’tagħmir sofistikat ħafna, affarijiet li jiġu kkonsmati, reaġenti u software tal-IT.

“Malli nkunu sekwenzjajna din il-ġenoma, inkunu nistgħu inqabbluha ma’ razez internazzjonali tal-virus u naraw jekk hija identika, bħalhom jew differenti. Żgur li rajna reazzjonijiet differenti lokalment għall-virus fl-ewwel mewġa tal-pandemija aktar kmieni din is-sena meta mqabbla ma’ barra u nkunu qed nagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kif ir-razza lokali għandha tiġi ttrattata”.

Il-kumpanija, li twaqqfet f’Lulju li għadda, qed tikkollabora mal-ikbar sptar pedjatriku fl-Italja biex tistudja il-kompożizzjoni mikrobjali tal-passaġġi tal-imnieħer tat-tfal, li huma differenti mill-adulti u l-anzjani.

“Waqt li l-COVID-19 tista’ tittieħed mit-tfal, dawn jidhru li għandhom tarka li tipproteġihom mill-agħar effetti tal-virus. Filwaqt li jitpoġġew f’iżolament minħabba li jġorru l-virus, ma jidhrux li jbatu minn sintomi li jeħtieġu li jidħlu fl-isptar. Din hi xi ħaġa li għandna bżonn nifhmu mill-ewwel u naqsmu mal-komunità xjentifika kollha,” qal Dr Biazzo.

Spjega li l-intenzjoni hi li tiġi identifikata t-tarka li tipproteġi t-tfal u jekk tistax tiġi replikata fis-sezzjoni tal-adulti u l-anzjani, billi jħaffef il-proċess marbut ma’ terapiji fil-ġejjieni bbażati fuq l-analiżi tal-korrelazzjoni bejn il-profili tal-mikrobijoma pedjatrika u COVID-19.

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar