Barranin
Stat ta’ emerġenza fiċ-Ċili bil-protesti tal-istudenti minħabba żieda fin-nollijiet tal-metro

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet u kissru għadd ta’ vetturi tal-Pulizija. Il-Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu d-dimostrazzjonijiet.

Il-President taċ-Ċilì qal li din id-deċiżjoni ttieħed biex tkun imħarsa s-sigurtà tal-pubbliku. Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvern ħabbar żieda ta’ €1 fin-nollijiet tal-metro fl-iktar ħinijiet traffikużi minħabba fost oħrajn żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar