Barranin
Stat ta’ emerġenza wara nirien kbar f’Kalifornja – 11 mejta

F’Kalifornja, l-Istati Uniti, mill-anqas ħdax-il ruħ mietu f’nirien qawwija li ħakmu reġjun magħruf għall-għelieqi tad-dwieli. Il-gvernatur ta’ Kalifornja ddikjara stat ta’ emerġenza f’partijiet mit-tramuntana maħkuma min-nirien li kawża tagħhom eluf ta’ nies kellhom jiġu evakwati.

“We currently have over 1,000 firefighters on the ground fighting the fire. In addition we have three night flying helicopters up in the air making water drops from Los Angeles County Fire Department, the Orange County Fire Authority and another one from the U.S. Forest Service. Again we are in unified command, all of the agencies are working together, this is a joint effort,” qalet Daron Wyatt.

B’kollox huwa stmat li nqerdu mal-1,500 binja, u mal-20,000 ruħ kellhom jevakwaw minn Napa, Sanoma u Yuba.

In-nirien f’Kalifornja huma komuni kawża ta’ temp xott u riħ qawwi. Minħabba n-nirien għadd ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-għelieqi tad-dwieli kellhom jiġu salvati permezz ta’ ħelikopter.