Barranin
STATI UNITI: Għasfur rari joqtol lil sidu wara li waqa’ fil-bitħa

Għasfur ġgantesk u perikoluż ħafna minħabba d-dwiefer twal li għandu qatel lil sidu stess wara li waqa’ fil-bitħa ta’ wara fir-residenza tiegħu fi Florida, fl-Istati Uniti.

Skont is-CNN sid l-għasfur, Marvin Hajos li għandu 75 sena, ċempel għall-għajnuna l-Ġimgħa filgħodu, filwaqt li saret telefonata oħra għall-għajnuna medika urġenti iktar tard mingħand persuna li marret fuq il-post biex tassisti lill-anzjan.

Jirriżulta li Hajos ittieħed fl-eqreb sptar, fejn miet ftit tal-ħin wara.  L-għasfur tat-tip cassowary, li qisu emu imma ikbar fid-daqs, tħalla fir-residenza tal-vittma sakemm isiru l-investigazzjonijiet dwar il-każ.

Sid l-għasfur kien irabbi lil dan l-għasafur rari mill-Awstralja u New Guinea.  Il-mewt qed titqies bħala inċident, iżda jidher li r-raġel waqa’ u minnufh ġie attakkat mill-għasfur.

Il-Kummissjoni ta’ Florida li taħdem għall-Konservazzjoni tal-Annimali Slavaġ qalet li dawn it-tip ta’ għasafar huma ta’ periklu għall-bniedem u suppost jinżammu f’gaġġa speċifika, filwaqt li s-sidien irid ikollhom ċertu esperjenza biex irabbuhom.

Għalkemm ma jitqiesx mal-iktar annimali perikolużi fid-dinja bħalma huma l-iljuni, it-tigri u l-orsijiet, madanakollu il-cassowary huwa kkunsidrat bħala l-iktar għasfur perikoluż fid-dinja, minħabba li difrejh jaqtgħu bħal sejf.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Aktar