Barranin
STATI UNITI: Tħalli lis-7 itfal imsakkrin fil-karozza sakemm tmur tixtri

Il-Pulizija ta’ Maryland irċevew telefonata biex isalvaw 7 itfal li spiċċaw imsakkrin fil-karozza sakemm ommhom marret tixtri.

It-tfal li għandhom bejn is-sentejn u l-4 snin ċemplu għall-għajnuna fuq in-numru 911 għax kienu ilhom iktar min-nofs siegħa msakkrin fil-karozza t’ommhom.

Wieħed mit-tfal qal lill-Pulizija li l-karozza kienet ipparkjata bit-twieqi mtellgħin u huma kienu qed iħossu s-sħana.

Ftit minuti wara, intbagħtet l-għajnuna lit-tfal li kienu fil-karozza pparkjata f’parkeġġ ta’ ċentru kummerċjali.

Jidher li kien it-tifel il-kbir, ta’ 4 snin, li ċempel għall-għajnuna, bil-Pulizija rnexxielhom jintraċċaw fejn qegħda l-karozza mis-sinjali tal-mobile.

L-omm irritornat fil-karozza madwar 10 minuti wara li laħqu waslu l-Pulizija u spiċċat arrestata talli ħalliet lil uliedha msakkrin fil-karozza għal iktar minn 30 minuta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar