Lokali
Statwetta ta’ Melchiorre Cafà tiżdied mal-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta

L-istatwetta magħmula mill-bronż imdieheb u l-fidda tal-iskultur ta’ fama ta’ Melchiorre Cafà turi lil Santa Roża ta’ Lima qanqlet ħafna interess fost id-dilettanti tal-istorja, l-arti u l-wirt kulturali hekk kif din għadha kif ingħaqdet fil-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta u esebita fil-MUŻA.

Din il-ġimgħa fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA kien hemm entużjazmu mhux tas-soltu minn persuni li jgħożżu l-partimonju nazzjonali minħabba l-warda mdiehba ta’ Cafà, l-istatwetta ta’ Melchiorre Cafà bl-isem ta’ Santa Roża ta’ Lima li ftit tax-xhur ilu inxtrat minn Heritage Malta f’irkant kif spjegalna l-Aġent Kap Eżekuttiv Noel Zammit.

“Minn kollezzjoni privata ġiet parti mill-kollezzjoni tagħna u ngħaqdet mal-kumplament ta’ affarijiet li għandna ta’ Melchiorre Cafà li kien skultur per eċċellenza tal-barokk Malti li ħadem f’Ruma u kien magħruf u rinomat għax-xogħol u għall-preċiżjoni f’xogħlu”.

L-istatwetta hija kkunsidrata l-isbaħ abbozz li ħadem l-iskultur li jirriproduċi l-istatwa oriġinali tal-ewwel qaddisa mara tal-Amerki għall-beatifikazzjoni tagħha f’April tal-1668.

Il-Professur Keith Sciberras mid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja fl-Università ta’ Malta qal li Cafà lesta l-istatwa kbira tal-irħam tliet snin qabel il-beatifikazzjoni.

“Il-meravilja hi li din l-istatwa minn Ruma bagħtuha l-Perù jiġifieri wieħed jista’ jimmaġina f’dan il-perjodu tibgħat statwa minn Ruma, għal Sivilja fi Spanja, minn Sivilja għal Kuba, minn Kuba għal Panama u mill-Panama għal Perù, u għaċ-ċelebrazzjonijiet għamlu numru ta’ statwetti tagħha ta’ Santa Roża u din kienet iċ-ċelebri”.

L-iskultur imwieled il-Birgu u li ta’ 22 sena mar Ruma, kellu jkun il-protanist artistiku għall-beatifikazzjoni ta’ Santa Roża ta’ Lima, iżda huwa miet traġikament waqt li kien qed jaħdem seba’ xhur qabel fl-età ta’ 31 sena.

Din l-istatwetta u x-xogħol tiegħu fil-qafas aktar wiesa tal-istil Ruman Barokk ġew diskussi waqt taħdita pubblika li saret mill-Professur Sciberras stess.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar