Barranin
Stazzjon Ċiniż imwaqqaf milli jxandar il-finali tal-Eurovision

Il-European Broadcasting Union (EBU) waqqfet lill-istazzjon Ċiniż Mango TV milli jxandar il-Eurovision wara li beda jiċċensura elementi LGBTIQ mill-festival.

Fl-ewwel semi-finali tat-Tlieta l-istazzjon Ċiniż ma xandarx id-diski tal-Irlanda u tal-Albanija, li kienu meqjusa li fihom elementi LGBTIQ. Fix-xandira ta’ Mango TV ġew mgħottija wkoll il-bnadar qawsalla li kienu fl-udjenza.

L-EBU qalet li din it-tip ta’ ċensura kienet tmur kontra l-valuri tagħha tad-diversità.

Għalhekk l-EBU qalet li kienet qed ittemm is-sħubija tagħha ma’ Mango TV b’mod immedjat, u li ma kinitx se tippermetti lill-istazzjon biex ixandar it-tieni semi-finali u l-finali tal-Eurovision.

Aħbarijiet Oħra
Ċina

Il-President Ċiniż Xi Jinping inawgura uffiċjalment l-itwal pont fid-dinja li qiegħed fuq il-baħar. Dan il-pont ħa disa’ snin biex jinbena u huwa twil 55 kilometru. Il-pont jgħaqqad lil Hong Kong…

Barranin

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega. La Vardera, tul…

Kurżitajiet

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu. Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u…

Barranin

Abigail Rose kienet ferħana se ttir bit-twelid ta’ bintha Aliza Rose iżda wara ftit jiem inqelbet il-folja u l-omm spiċċat tidfen lil bintha. Minkejja t-tbatija u d-diqa kollha, l-omm Amerikana…

Aktar