Lokali
Stedina għal min għandu mutur biex jgħin lid-Dar tal-Providenza

Suldati, Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tas-sigurtà fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għada filgħaxija se jingħaqdu flimkien għal attività li għaliha qed jistiednu membri tal-pubbliku li għandhom mutur biex ikunu magħhom ukoll.

B’inizjattiva tal-Forzi Armati, il-Ġimgħa filgħaxija membri ta’ korpi dixxiplinati se jiltaqgħu bil-mutur tagħhom fil-parade ground tal-armata li tinsab fil-kwartieri ġenerali tal-Forzi Armati, ħdejn l-ajruport l-antik f’Ħal Luqa. L-għan hu li b’attività li tlaqqagħhom flimkien f’ambjent li jmur lil hinn mid-doveri tagħhom fil-ħarsien tas-sigurtà jgħinu lil ħaddieħor. L-uffiċċjal inkarigat mir-relazzjonijiet pubbliċi tal-armata, il-Logotunent Nicholas Galea qal li l-invit hu miftuħ ukoll għall-pubbliku.

Nicholas Galea qal li “stedinna lill-Pulizija, CPD, CCF però aħna nħeġġu lil kulħadd, lil kull min għandu mutur, kull min hu dilettant tal-muturi: kemm jekk hu biker li joħroġ bil-mutur għall-gost imma wkoll jekk hu commuter, biex jingħaqad magħna b’għan li ngħinu lid-Dar tal-Providenza.”

L-attività tibda fis-6pm bit-tberik tal-muturi u mbagħad is-sewwieqa tal-muturi se jsuqu f’rotta stabbilita minn Ħal Luqa sad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi f’ġest ta’ karità u solidarjetà ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali. Fid-Dar tal-Providenza hemm ‘il fuq minn 100 resident, bid-dar toffri għadd ta’ servizzi oħra fil-komunità.

 

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar