Televiżjoni u Radju
Stejjer ta’ kuraġġ u divertiment garantit – edizzjoni oħra ta’ ‘Sibtek’ illum

Sibt ieħor ta’ logħob, divertiment, mużika u stejjer ta’ kull xorta jinsab magħna. Għal-lum, ‘Sibtek’ ħejja programm varjat li matulu jispikkaw għadd ta’ mistiedna li bi ħgarhom se jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom mat-telespettaturi.

Fost il-personalitajiet fl-istudjo ma’ Ryan u Josmar illum, il-preżentatriċi Clara Farrugia, li se titkellem fuq it-trobbija xejn faċli li kellha u kif minkejja kollox irnexxielha tibqa’ miexja fit-triq it-tajba.

Illum ukoll, l-attur Clayton Zammit jitkellem, fost l-oħrajn, fuq kif sab l-imħabba mill-ġdid. Vince Fabri jitħaddet fuq il-mużika u l-Belt Valletta, fost ħwejjeġ oħra. Imbagħad, ‘Sibtek’ ilaqqagħna mal-familja ta’ Shaun u Bernice li partikolarment se jirrakkontaw id-diffikultajiet ta’ binhom Jacob li għandu l-awtiżmu.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.