Barranin
AĠĠORNAT (2): Stennija għad-deċiżjoni tal-Parlament Ingliż dwar Brexit

Il-Prim Ministru Theresa May qed tiffaċċja għadma iebsa fil-Parlament biex tikseb l-appoġġ għall-abbozz dwar Brexit, li dwaru kisbet l-approvazzjoni tal-kabinett, wara l-ftehim milħuq mal-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet magħha wara l-ħrug tar-Renju Unit. Il-Prim Ministru May qalet li l-abbozz miftiehem kien l-aħjar wieħed li seta’ jiġi negozjat.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Downing Street, wara ħames sigħat ta’ laqgħat ma’ kull membru tal-kabinett, il-Prim Ministru May qalet li d-deċiżjoni kollettiva tal-kabinett kienet li l-Gvern għandu jappoġġja l-abbozz. Saħqet li d-deċiżjoni ttieħdet fl-interess nazzjonali u huwa ftehim li jżomm mal-wegħda tar-referendum.

Fl-aħħar żvilupp, f’konferenza tal-aħbarijiet, in-negozjatur għall-Unjoni Ewropea dwar Brexit, Michel Barnier, għadda formalment id-dokument ta aktar minn 500 paġna lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Tusk qal li l-mexxejja Ewropej se jkunu qed jiltaqgħu nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru wara sensiela ta’ laqgħat fil jiem li ġejjin, biex fi kliemu jifthiemu dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Huwa żied jgħid li jistenna li l-Prim Ministru tar-Renju Unith Theresa May tiffirma l-ftehim finali dakinhar fi Brussell. Tusk qal li hu jibqa’ jsostni li Brexit ifisser telf għaż-żewġ naħat iżda se jkun qed jaħdem biex ikun hemm l-anqas ħsara possibli.

Michel Barnier qal li sar progress deċiżiv biex jintlaħaq ftehim finali dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-blokk Ewropew. Barnier qal li l-abbozz ta’ 585 paġna ta’ dan il-ftehim u li ġie ppubblikat ilbieraħ filgħaxija jirrappreżenta pass kruċjali fil-konklużjoni tan-negozjati. Qal li fl-abbozz ġew inklużi wkoll provvedimenti biex tkun evitata fruntiera mal-Irlanda.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, qal li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jinsabu lesti għall-istadju li jmiss fil-proċess tal-Brexit. Fuq Twitter, Juncker irrakkomanda li jsir summit Ewropew bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara d-deċiżjoni tal-Kabinett ta’ May.

Issa l-Prim Ministru May taffaċċja battalja fil-Parlament tar-Renju Unit biex tikseb l-appoġġ, u t-triq tagħha tidher għat-telgħa, hekk kif għandha oppożizzjoni mill-partiti kollha rrappreżentati fil-Parlament. Il-Partit Laburista għadu ma ddikkjarax jekk hux se jappoġġja l-ftehim, iżda l-mexxej Jeremy Corbyn qal li l-abbozz mhuwiex fl-interess nazzjonali.

Iktar minn hekk, dalgħodu tħabbar li l-Junior Minister għall-Irlanda ta’ Fuq Shailesh Vara, il-Ministri għal Brexit Dominic Raab u Suella Braverman, is-Segretarju għax-Xogħol u l-Pensjonijiet Esther McVey, u s-Segretarju Privat tal-Parlament Anne-Marie Trevelyan irriżenjaw mill-kariga tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bużnanna u għandha 102. Issa saret ukoll l-ixjeħ persuna li għamlet skydive minn għoli ta’ 14,000 pied fl-Awstralja. Għal Irene O’Shea din kienet sfida doppja għaliex riedet tiġbor fondi għall-Assoċjazzjoni…

Barranin

Qabel skatta t-tieni jum ta’ summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker deher jipprova jikkalma lill-Prim Ministru Theresa May li f’filmat imxandar dehret urtata għall-kummenti li ta…

Barranin

Il-Pulizija Franċiża sabet u qatlet lil Cherif Chekatt, it-terrorista li t-Tlieta għamel ħerba fis-suq tal-Milied fi Pjazza Kleber, fi Strasburgu. Chekatt instab moħbi f’maħżen wara jumejn maħrub. F’rejd li għamlu…

Brexit

Il-ftehim milħuq dwar il-Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mhux ser jerġa’ jiġi negozjat. Dan ikkonfermah il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk f’konferenza tal-aħbarjiet wara laqgħa bejn il-mexxejja tas-27 stat membru tal-Unjoni…

Aktar