Politika
AĠĠORNAT: Stennija għal direzzjoni mill-President ta’ Malta dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni

Stennija għal direzzjoni mill-President ta’ Malta, George Vella, dwar il-kariga tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara li l-maġġoranza tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista approva mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Għall-President, il-gwida fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni hi l-Kostituzzjoni. Il-partijiet li jikkonċernaw il-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni jinsabu f’artiklu 90.

Il-Kostituzzjoni tgħid li l-President jista’ jneħħi lill-Kap tal-Oppożizzjoni jekk jirriżulta li min qiegħed jokkupa din il-kariga jkun tilef l-appoġġ tal-akbar għadd ta’ deputati tal-oppożizzjoni, jew f’każ fejn deputat parlamentari jkun sar il-kap fil-kamra, tal-partit fl-oppożizzjoni li jkollu l-akbar għadd ta’ deputati. Subartiklu ieħor jgħid li l-President għandu jaħtar Kap tal-Oppożizzjoni lill-kap tal-partit tal-akbar grupp ta’ deputati fl-oppożizzjoni.

Esperti tal-kostituzzjoni taw fehmiet u interpretazzjonijiet differenti għal dawn is-subartikli, ħaġa li fid-deher tista’ tikkumplika aktar id-deċiżjoni mill-President tar-Repubblika. Fil-jumejn li għaddew, il-President iltaqa’ kemm mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kif ukoll mad-deputati tal-Oppożizzjoni li fil-maġġoranza tagħhom iddikjaraw li Dr Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tagħhom u ressqu ‘l quddiem isem id-deputat Therese Comodini Cachia biex tinħatar Kap tal-Oppożizzjoni minfloku.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma żammx l-appuntament ta’ nhar ta’ Sibt filgħodu għal intervista fuq il-media tal-partit. L-aħħar komunikat ta’ Dr Delia nħareġ il-Ġimgħa tard filgħaxija meta fi stqarrija qal li ma jidhirlux xieraq li fl-istess ħin li l-President qed jiddelibera dwar materja sensittiva, jintilef f’dibattitu pubbliku. Adrian Delia qal li se jibqa’ leali lejn il-ġurament tal-ħatra Kostituzzjonali tiegħu u lejn it-tesserati waqt li josserva l-istatut tal-partit.

Waqt li hemm stennija għad-direzzjoni li tista’ tingħata minn ħin għal ieħor mill-President u x’se jiġri fis-seduta parlamentari li jmiss, nhar it-Tnejn filgħodu, sorsi qalu li l-Partit Nazzjonalista se jlaqqa’ l-Eżekuttiv nhar it-Tlieta li fost oħrajn mistenni jiddiskuti l-aħħar żviluppi politiċi anke jekk fuq l-aġenda se jkun hemm temi oħra.

Ara wkoll:

Il-President ikompli jiltaqa’ ma’ aktar deputati Nazzjonalisti

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar